Il-Pulizija Olandiża qed tinvestiga x’wassal biex raġel armat b’sikkina jaggredixxi lin-nies li nzertaw quddiemu f’zona qrib il-famuża Dam Square, fiċ-ċentru ta’ Amsterdam.
L-inċident seħħ ftit tal-minuti ilu u fost rapporti li bejn ħames u seba’ persuni spiċċaw feruti. Intant, l-aggressur suspettat qed jinżamm taħt arrest u meta l-iskop għall-attakk għadu mhux ċar.
Ir-rapporti referew għal tfajla u mara anazjana fost il-midruba, bin-nies intervistati jirrakkuntaw dwar ix-xeni ta’ paniku u konfużjoni waqt li n-nies kienu qed jaħarbu mill-inħawi tar-reat.
Mal-ħin, niżel ħelikopter tal-pulizija fil-pjazza inkwistjoni, bil-midruba jittieħdu b’urġenza lejn l-eqreb sptar.
Dan waqt li żdiedet il-preżenza tal-pulizija fl-inħawi ta’ Dam Square u Sint Nicolaasstraat, fil-qalba tal-kapitali Olandiża.
//= $special ?>