Lokali Parlament

Ma weġbux dwar kemm taw rigali jew donazzjonijiet minn fondi pubbliċi

Il-Prim Ministru Robert Abela u d-Deputat Prim Ministru Ian Borg ma weġbux fil-Parlament kemm taw rigali jew donazzjonijiet minn fondi pubbliċi, xahar b’xahar, minn April 2022 sal-lum.

Il-mistoqsija parlamentari saret mid-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina li staqsa wkoll biex jingħad fiex kien jikkonsisti kull rigal, kemm kien jiswa kull rigal u lil min ingħata.

Il-Prim Ministru Robert Abela u d-Deputat Prim Ministru Ian Borg wieġbu biss, xott xott, li  t-tagħrif għadu qed jinġabar.