Lokali Parlament

Madwar 750 kumpanija ħallsu aktar minn miljun ewro f’corporate tax

ll-kumpaniji reġistrati f’Malta li fis-snin 2021, 2022 u 2023 ħallsu iktar minn miljun ewro f’corporate tax jammontaw għal total 745.

Fis-sena 2021 kien hemm 318-il kumpanija li ħallsu aktar minn miljun ewro f’corporate tax, fl-2022 kien hemm 273 kumpanija u fl-2023 kiem hemm 154. Jirriżulta li hemm kumpaniji li għandhom 18-il xahar biex iħallsu t-taxxa u għalhekk l-ammont jiżdied sal-aħħar tas-sena 2023.

Il-kumpaniji reġistrati f’Malta li fis-snin 2021, 2022 u 2023 ħallsu iktar minn €500,000 f’corporate tax huma b’kollox 1,374.

Fl-2021 kien hemm 564 kumpanija li ħallsu iktar minn €500,000 f’corporate tax; fl-2022 kien hemm 513-il kumpanija u  fl-2023 kien hemm 29. Hemm kumpaniji li għandhom 18-il xahar biex iħallsu t-taxxa u għalhekk l-ammont jiżdied sal-aħħar tas-sena 2023.