Sport

Skoċċiż rebaħ il-Laferla Trophy fil-Golf

L-iSkoċċiż Steve Patterson rebaħ il-Laferla Trophy, kompetizzjoni li kienet organizzata fil-Marsa fil-ġranet li għaddew mir-Royal Malta Golf Club.

Steve Patterson irnexxielu jegħleb l-isfida ta’ Bryan Peterkin u Andrew Naudi li temmew fit-tieni u t-tielet post rispettivament segwiti minn Matthew Mangion u Zhetang Zhang.

Sadanittant f’kompetizzjoni oħra magħrufa bħala Laferla 36, kien Phil Denton li ħareġ rebbieħ fejn għalkemm ġab l-istess skor ta’ 74 daqs Eugene McCooey, hu kellu punteġġ superjuri b’mod kumplessiv. Fl-istess waqt, David Zammit Tabona temm fit-tielet post.

Fi tmiem il-kompetizzjoni, id-direttur maniġerjali ta’ Laferla Insurance Keith Laferla; ippreżenta t-trofej lir-rebbieħa fil-preżenza tal-captain tar-Royal Malta Golf Club Stewart Davies.