Tħabbret il-mewt tal-eks plejer tat-tim nazzjonali tas-snin 70 Charlie Spiteri. Huwa kellu 76 sena. Iddebutta mat-tim nazzjonali fl-1971 kontra l-Algerija u minn dakinhar lagħab tmien darbiet fosthom fl-1973 fir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja kontra l-Awstrija, l-Ungerija u l-Iżvezja.
Il-qofol tal-karriera ta’ Charlie Spiteri tibqa’ marbuta ma’ Birkirkara fejn kien strumentali fis-suċċessi tas-snin 60 u 70. Lejn tmiem il-karriera lagħab ukoll ma’ Valletta fejn rebaħ diversi unuri kif ukoll lagħab ma’ Lija Athletic.
