Ċiklist Taljan ta’ 33 sena weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident ma’ trakk.
L-inċident seħħ il-Ġimgħa filgħodu għall-ħabta tal-10:45 fi Triq Tal-Balal, San Ġwann.
Il-Pulizija marret fil-post u hemmhekk irriżulta li kien seħħ inċident bejn rota, li fuqha kien hemm Taljan ta’ 33 sena, u trakk, li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 32 sena residenti l-Mosta.
Iċ-ċiklist ingħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>