Kurżitajiet Lokali Mużika

Il-kantanta Lady Gaga f’pajjiżna? Ħafna qed jgħidu li mhix hi

Ħafna qed jgħidu li l-kantanta popolari Lady Gaga fl-aħħar sigħat waslet f’pajjiżna, fejn dehret tieħu ritratti u tippoża ma’ diversi ammiraturi tagħha. Għalkemm hemm bosta li qed jinsistu li fil-verità din hi biss fake news.

L-artist popolari Henry Galea saħansitra ġibed video, fejn qed jimplika li hu iltaqa’ mal-kantanta u attriċi Amerikana.

Ilbieraħ, Lady Gaga nidiet il-video tat-tour il-ġdid tagħha. Dan filwaqt li bħalissa l-hit ‘Abracadabra’ qed tiddomina l-istazzjonijiet ewlenin tar-radju u l-pjattaformi mużikali kollha.

Inċidentalment jew le, illum jaħbat għeluq snin Lady Gaga.