Lokali Qorti

Il-ġuri dwar traffikar tad-droga: Issir l-aċċess fil-post fejn allegatament iltaqgħu l-imputati

Matul il-ġurnata tal-Ħamis, propju fir-raba’ jum tal-ġuri dwar it-traffikar tad-droga, l-Imħallef Edwina Grima flimkien mal-ġurati..żaru l-postijiet fejn allegatament iltaqgħu l-imputati, sabiex iwettqu r-reat.

Għall-ħabta tal-5 ta’ waranofsinhar tal-Ħamis, l-Imħallef, il-ġurati, l-avukati tad-difiża, flimkien mal-akkużati, marru f’Birkirkara propju fejn David Tabone kien ġabar lil Darren James Vella, quddiem il-Butterfly Bar f’Birkirkara.

Bl-aċċess ikompli fejn kellu jsir il-bejgħ tad-droga fi Triq il-Knisja l-Antika f’Birkirkara stess.

Rio Micallef, David Tabone u Darren James Vella bdew għaddejin ġuri akkużati b’każ ta’ traffikar ta’ droga li seħħ aktar minn 16-il sena ilu.

Fil-fatt, il-każ imur lura għal Settembru tal-2008, meta t-tliet akkużati ġew arrestati wara s-sejba ta’ kunsinna sostanzjali ta’ ecstasy.