Ir-Re Charles ikkanċella l-impenji tiegħu wara effetti temporanji mil-kimoterapija.
Buckingham Palace stqarr li minħabba t-trattament tal-kanċer li ħa l-Ħamis, ir-Re esperjenza effetti temporanji li jirrikjedu li jkun l-Isptar għal ftit ġranet u għaldaqstant, kellu jikkanċella l-impenji rjali tiegħu matul il-Ġimgħa.
Lura fi Frar tal-2024, ir-Re Charles kien ħabba id-dijanjosi tal-kanċer pubblikament. Bir-Re, li għandu 76 sena, issa jinsab lura fi Clarence House.