Raġel ta’ 35 sena minn Wales ammetta quddiem il-Maġistrat Nadia Vella li nhar il-Ħamis li għadda wara nofs inhar seraq mutur minn Triq San Ġorġ, San Ġiljan u laqat karozza. Luke Roibert Purnell ammetta li seraq il-mutur li jiswa’ aktar minn 2,333 ewro u dan wara li l-Pulizija rat filmati tas-CCTV.
L-Ispettur Darryl Farr li ressaq lir-raġel qal li l-Pulizija kienet infiurmata li għall-ħabta tal-5.30pm. insteraq mutur, bir-raġel jaħrab minn fuq il-post. Meta raw il-filmati kien skopert li dan ir-reat twettaq minn persuna mir-Renju Unit.
Għaldaqastant il-Pulizija marret tfittxu f’diversi ħwienet tax-xorb fl-inħawi u hemm irnexxielhom jsibu persuna li kienet ħabib tiegħu, Dan ma riedx jagħti wisq informazzjoni għalkemm qalilhom fejn kien qed joqgħod fil-lukanda.
Il-Pulizija marret fil-post u nstab li Purnell kien qed jirresjedi f’kamra 439. Meta l-Pulizija ħabtet f’din il-kamra tal-lukanda fetħet persuna li ma kellha xejn x’taqsam mal-każ. Madankollu rriżulta li l-akkużat kien qied hemm liebes l-istess ħwejjeġ li kien liebes meta wettaq is-serqa.
Minbarra li ġie mixli li seraq mutur, ġie mixli wkoll li saqu bla liċenzja u bla ‘crash helmet’. Għall-ewwel l-imputat ma riedx avukat jassistih fil-każ, bil-Qorti tinfurmah li jekk kien se jitlob għall-pleġġ kien se jkollu problema.
Wara dehret għalih l-Avukat Sarah Vassallo Giliberti. Hawn l-akkużat iddeċieda li jammetti l-akkużi bil-Qorti tagħtih ċans biex jerġa’ jaħsibha, fejn huwa kkonferma l-ammissjoni tiegħu. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Darryl Farr flimkien mal-Avukat Joseph Camilleri Azarov, mill-Uffiju tal-Avukat Ġenerali. Is-sentenza se tingħata nhar it-Tlieta li ġejjin.
//= $special ?>