Ekonomija Lokali

Kaos fis-sistema tad-Dwana toħloq problemi kbar għall-merkanzija

Is-sistema elettronika tad-Dwana għadha qed tesperjenza problemi kbar, tant li hemm pressjoni kbira fuq il-ħaddiema – partikolarment dawk stazzjonati fil-Port Ħieles.

Net News jinsab infurmat li l-kumpaniji ewlenin tal-kontejners qed jesperjenzaw diffikultajiet kbar.

Kollox beda minħabba l-bidla li trid issir fis-sistema tal-IT, li ilha sentejn biex tidħol fis-seħħ.

Fil-fatt, is-sistema l-ġdida kellha tiġi implimentata f’Novembru li għadda; għalkemm id-Dwana Maltija kienet ġabet estensjoni. Issa, jidher li xorta hemm problemi fis-sistema, u mhix taħdem sew.

Dan kollu qed jaffetwa serjament il-merkanzija li dieħla f’pajjiżna mill-Port Ħieles.