Janice Chetcuti, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Janice Chetcuti sostniet fil-parlament li l-amnestija għal min żamm annimali eżotiċi m’għandhiex tingħata lil min abbuża mill-istess annimali eżotiċi.
Janice Chetcuti tkellmet dwar iż-żamma ta’ annimali perikolużi f’Malta u qalet li l-gvern qed jipproponi liġi biex tkun taqbel ma’ dik li daħlet disa’ snin ilu. Din taħseb għal reġistru li fihom dawn l-annimali jkunu reġistrati. Dawn l-annimali mhux posthom fid-djar, fil-ġonna jew ġo zoo iżda dawn għandhom jitħallew fl-ambjent naturali tagħhom.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li minkejja dik il-liġi xorta baqgħu deħlin annimali eżotiċi fil-pajjiż tant li issa l-gvern wara disa’ snin qed jagħti amnestija għal 90 jum li fihom kull min għandu annimali perikolużi jista’ jirregolarizza lilu nnifsu biex dawn jiddaħħlu fir-reġistru.
Il-PN jifhem dan l-eżerċizzju u jekk dan jgħin biex ikun hawn trasparenza, allura l-PN mhux se jkun kontra. Il-PN qed jipproponi li minbarra r-reġistrazzjoni tal-annimali, tkun rekwiżita li jsir DNA tal-annimali biex iwassal għal sistema li turi r-razez tal-annimali. L-annimali għandhom jiġu mwessija fi żmien sitt xhur, pproponiet Janice Chetcuti li qalet li dawn l-annimali m’għandhomx ikunu sors ta’ flus għal min irabbihom biex ikunu mgħamrma bl-addoċċ.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li tixtieq temmen li din l-amnestija qed tingħata b’mod ġenwin u ma tridx taħseb li qed tingħata minħabba stejjer li ġraw dan l-aħħar fosthom l-erba’ iljuni u pantera li nstabu ftit ilu fin-Naxxar f’kundizzjoni ħażina.
Hi qalet li ma tridx temmen li din il-liġi qed isir biex taġevola lil xi ħadd. Dawn l-annimali kienu nstabu f’mod mhux den li jinżammu fihom u f’negliġenza enormi iżda dawn għadhom hemm bid-differenza li issa qed jingħataw jieklu b’mod regolari. Dawn għandhom ikunu miżmuma fost fejn jistgħu jinżammu b’mod tajjeb. Il-gvern mhux qed iwieġeb meta se jiċċaqilqu minn hemm u fejn se jittieħdu.
Fil-passat kien hemm ukoll ors li kien miżmum f’kundizzjoniiet ħżiena iżda dan kien intbagħat f’zoo biex baqa’ jinżamm f’kundizzjonijiet diffiċli oħra. Hi qalet li m’għandux isir santawarju għal dawn l-annimali iżda għandu jsir post pratikolari li meta annimali jinstab f’dawn il-kundizzjonijiet, ldawn jitpoġġew fdawn il-postijiet sakemm dawn jintbgħatu f’santawarji barra minn Malta fejn ikun ihemm l-faċilitajiet u spazji adatti.
Janice Chetcuti qalet li trid temmen li din l-amnestija mhux se tingħata lil dawk li jinqabdu li kienu qed jabbużaw mill-annimali billi jżommuhom f’kundizzjonijiet diffiċli. Mhux biss dawn m’għandhomx jingħataw amnestija, anzi għandhom jittieħdu l-passi legali kontra dawn il-persuni, sostniet id-deputat Nazzjonalista.
//= $special ?>