Lokali Mużika

Maratona ta’ nostalġija fit-Teatru Manoel flimkien ma’ ‘The Boy Band Chronicles’ ta’ TOI TOI

Mid-19 sal-21 ta’ April, TOI TOI, il-Programm ta’ Tagħlim u Parteċipazzjoni tat-Teatru Manoel se jkun qiegħed jippreżenta l-Kunċert Annwali tal-Għid tagħhom, għall-familja kollha.

It-tema ta’ din is-sena se tkun L-Istorja tal-Mużika ta’ Gruppi Mużikali Subien (The History of Boy Band Music) f’ċelebrazzjoni nostalġika li se tinkludi fiha minn Boyzone sa BTS.

Il-Kunċert Annwali tal-Għid ta’ TOI TOI joffri spazju fil-kalendarju sabiex il-familja tingħaqad flimkien f’esperjenza kollettiva, filwaqt li ġġib flimkien l-ixjeħ u l-iżgħar membri tal-komunitajiet tagħna fi spazju wieħed sabiex igawdu ftit mużika live fis-sbuħija tat-Teatru Nazzjonali Malti. Din is-sena, TOI TOI se jkunu qegħdin joħduna b’nostalġija lura fiż-żmien b’tema marbuta ma’ gruppi mużikali subien. It-TOI TOI Boy Band se tkun qed ittella’ spettaklu bil-prestazzjoni ta’ sensiela ta’ kanzunetti spettakolari, waħda aqwa mill-oħra. Dawn se jkunu akkumpanjati b’orkestra live taħt id-direzzjoni tal-Maestro Edward Mifsud, bil-koreografija ta’ Warren Bonello u d-direzzjoni ġenerali ta’ Kate Fenech Field.

Dan il-Kunċert tal-Għid tat-TOI TOI huwa rrakkomandat għal kull min hu minn ħames snin ’l fuq, u jesplora l-istorja ta’ gruppi mużikali subien u l-mużika popolari b’xejra speċjali: It-TOI TOI Boy Band tinkludi tmien artisti teatrali inkredibbli; uħud minnhom huma artisti magħrufin sew fix-xena tal-ispettaklu.

Bħala parti mill-isforz li jingħataw opportunitajiet lil artisti żgħażagħ fuq il-palk prinċipali, kull skrivanija se tkun qed tinkludi mużiċist żagħżugħ. Il-programm tal-avveniment se jinkludi mużika minn gruppi mużikali subien magħrufin, ibda mill-Beatles sa BTS, u oħrajn bejniethom.

TOI TOI huwa l-Programm ta’ Tagħlim u Parteċipazzjoni tat-Teatru Manoel, u hija fergħa tat-Teatru Nazzjonali ddedikata sabiex tintroduċi udjenzi żgħar għall-arti performattiva, filwaqt li tiżviluppa, trawwem u tappoġġja talent artistiku kemm bi proġetti fi ħdanha kif ukoll permezz ta’ proġetti ta’ sensibilizzazzjoni għal kull età.

The Boy Band Chronicles’ se jittella’ t-Teatru Manoel fid-19, l-20 u l-21 ta’ April. Il-biljetti jistgħu jinxtraw online, minn fuq is-sit https://teatrumanoel.mt/event/toi-toi-easter-show-ages-4-the-boy-band-chronicles/, mill-Box Office, jew billi ċċempel fuq in-numru (+356) 21246389.