Żagħżugħ ta’ 19-il sena nżamm arrestat wara li ġie mixli quddiem il-Maġistrat Nadia Vella li nhar il-Ħamis fil-Marsa kien qed isuq bla lienzja, meta jinsab bil-pleġġ fuq każijiet oħra.
Brendan Zammit li joqgħod il-Mosta wieġeb mhux ħati li fis-27 ta’ Marzu matul il-ġurnata naqas li jħares diversi kundizzjonijiet mogħtija mill-Qorti meta kien qed isuq karozza Nissan March bla liċenzja u li ma kienx kopert b’polza tas-sigurtà.
Huwa ġie mixli wkoll li kien fil-pusses ta’ arma li taqta’ bil-ponta u li din żamma fuqu mingħajr il-liċenzja maħruġa mill-Kummissarju tal-Pulizija. Id-difiża mmexxija mill-Avukati Martina Herrera, Marion Camilleri u Franco Debono għamlu talba għall-ħelsien mill-arrest tal-akkużat peress li għad għandu 19-il sena u li r-reat mhux wieħed ta’ċertu portata.
L-Ispettur John Leigh Howard oġġezzjona għall-fatt li Zammit jidher li ma jridx jitgħallem mill-iżbalji passati u li din ma kinitx l-ewwel darba li kiser il-kundizzjonijiet tal-pleġġ. Il-Qorti ma laqgħetx it-talba għall-pleġġ.
//= $special ?>