Ebda gowl fl-ewwel logħba minn match day 11 tal-Closing Round, f’konfront bejn Gżira United u Balzan, li fil-verita fuq il-karta hu l-inqas wisq mistenni minn fost is-sitt partiti skedati bejn illum u nhar it-Tnejn fil-Gozo Stadium.
Irrelevanti mir-riżultat, anke jekk wieħed minn dawn it-tnejn ħareġ rebbieħ f’din il-logħba, ir-riżultat ma kien se jbiddel xejn peress li matematikament, kemm il-maroons kif ukoll Balzan kienu diġa’ destinati li jigħabu Bottom Six fit-tieni parti tal-Closing Round.
Kienet logħba nieqsa mill-azzjonijet, b’Balzan kellhom gowl imħassar fl-ewwel taqsima mir-referee Trustin Farrugia Cann.
B’dan ir-riżultat ta’ 0-0, Balzan laħqu momentarjament lil Naxxar Lions u Melita b’għaxar punti fil-klassifika, ilkokk fl-aħħar post tal-klassifa, filwaqt li Gżira United qed jikkumplikaw is-sitwazzjoni tagħhhom lejn in-naħa t’isfel tal-klassifika, għaliex jekk f’din il-match day, Naxxar Lions u Melita jiksbu rebħiet kontra min se jkunu qed jilgħabu kontra tagħhom f’Għawdex, l-iskwadra taħt it-tmexxija ta’ Giovanni Tedesco, tibda l-aħħar parti tal-Closing Round fiż-żona tar-relegation.
//= $special ?>