Futbol Sport

Sitt timijiet għadhom qed jiġġieldu għal post f’Top Six tal-Closing Round

Llejla tibda tintlagħab is-26 ġurnata tal-Malta Premier. Din se tkun match day importanti u deċiżva għaliex se tkun l-aħħar waħda qabel jinqasmu t-timijiet għat-tieni u l-aħħar fażi tal-Closing Round.

Ħamrun Spartans u Żabbar St Patrick, li attwalment jinsabu mat-tieni nofs tal-klassifika, iridu bilfors jirbħu l-konfronti rispettivi tagħhhom kontra Naxxar Lions u Mosta rispettivament bit-tama li jagħmluha mat-Top 6.

Iżda s-sitwazzjoni fil-klassifika hi tant komplessa, qabel l-aħħar match day, li bir-riżultati li jista’ jkolna matul dan il-weekend speċjali li se jintlagħab kollu f’Għawdex, anke jekk Ħamrun Spartans u Żabbar St Patrick jirbħu, xorta m’għandhomx garanzija li se jilgħabu mal-ewwel sitta.

Dan għaliex hemm diversi permutazzjonijiet ta’ kif tista’ tinbidel il-klassifika wara din il-match day, u preżentament, b’mod matematiku, l-uniċi żewġ timijiet li s’issa huma ċerti minn post mat-Top Six tal-Closing Round huma Birkirkara u Floriana.

Il-bqija tat-timijiet l-oħra, inkluz Hibernians, Marsaxlokk, Mosta u Sliema Wanderers, anke jekk bħalissa jinsabu fiż-żona tat-Top Six għadhom m’aċċertawx minn post mal-ewwel sitta għall-aħħar parti tal-Closing Round.

Dan kollu qed joħloq xenarju inċert għal kull tim, għajr Gżira United, Naxxar Lions, Melita u Balzan li huma ċerti li se jilgħabu mal-aħħar sitta tal-Closing Round.

Dan ifisser li l-uniku partita li fil-veritá f’dan l-istadju żgur mhux se jkollha effett fuq kif se jinqasmu t-timijit wara din il-match day, hi l-ewwel waħda mis-sitta li se jintlagħabu bejn illum u nhar it-Tnejn, dik tal-lejla bejn Gżira United u Balzan.

Din il-logħba se tintlagħab fit-8pm fil-Gozo Stadium.