Numru ta’ persuni spiċċaw maqbuda taħt it-tiġrif ta’ skyscraper fic-centru ta’ Bangkok, fit-Tajlandja, wara li żewġ theżżiżiet qawwija laqtu n-naħa ta’ fuq ta’ Myanmar.
Rapporti qed jindikaw li l-ewwel terremot kellu qawwa ta’ 7.7 fuq l-Iskala Richter. U 12-il minuta wara, kien hemm theżżiża oħra ta’ 6.4.
Fi Myanmar ġie dikjarat stat ta’ emerġenza. U apparti diversi binjiet residenzjali, anke l-monasteri Buddisti sofrew ħsarat.
//= $special ?>