Hekk kif il-Ġimgħa l-Kbira tinsab biss ftit ġimgħat ‘il bogħod tħabbret l-għoxrin edizzjoni tal-Mixja tal-Ġimgħa l-Kbira. Bħas-snin ta’ qabel, il-mixja ser tittella’ b’risq Puttinu Cares – mixja li eluf ta’ persuni jattendu għaliha.
Il-mixja se ssir fis-sigħat bikrin tal-Ġimgħa l-Kbira fit-18 ta’ April li ġej li jfisser bejn il-lejl ta’ Ħamis ix-Xirka u l-Ġimgħa l-Kbira. Il-mixja se tibda mill-Pjazza tal-Mellieħa l-Ħamis f’nofsilejl (sbieħ il-Ġimgħa), u se tispiċċa Fuq il-Fosos tal-Floriana l-Ġimgħa filgħodu.
Id-distanza tal-mixja hija ta’ madwar 17-20 kilometru, u tieħu madwar 4-5 sigħat.
Trasport ser ikun provdut mill-Fosos tal-Floriana dritt għall-Mellieħa qabel il-Mixja, il-Ħamis mit-8.30pm, u wara l-mixja, il-Ġimgħa filgħodu, għall-Mellieħa. It-trasport huwa mingħajr ħlas.
Wieħed jista jattendi għal din il-mixja billi jibbukja online, fejn tkun tista’ tagħti d-donazzjoni tiegħek u anke tibbukkja t-trasport. Id-donazzjoni hija ta’ €10, iżda tista’ zzid l-ammont ta’ donazzjoni tiegħek minn fuq is-sit meta tkun qed tibbukkja.
//= $special ?>