Internazzjonali

Drone jolqot kċina tal-komunità f’Gaza

Għadd ta’ persuni ndarbu wara li drone tal-Iżraeljani laqat kċina tal-komunità f’Shujayea f’Gaza.

S’issa persuna waħda ġiet irrapurtata li nqatlet, u tliet persuni qegħdin f’kundizzjoni kritika. Filwaqt li f’kamp f’Khan Younis, drone qatel ħames persuni oħra inkluż voluntier, kif ukoll weġġa’ sitt persuni.

Ftit wara dawn l-attakki, kelliem militari tal-Iżrael ħareġ ordni ta’ evakwazzjoni immedjata min-Nofsinhar tal-Gaza.

L-Iżrael wettqu wkoll attakk lejn it-Tramuntana ta’ Gaza f’Beit Lahiya fejn inqatlu sitt persuni.