Internazzjonali

Erba’ persuni jinqatlu wara attakk b’drone Russu f’Dnipro fl-Ukrajna

Erba’ persuni nqatlu u 21 oħra ndarbu f’attakk ta’ drone Russu fuq il-belt ċentrali tal-Ukrajna ta’ Dnipro.

Il-kap reġjonali taż-żona Serhiy Lysak qal li kumpless ta’ ristoranti u diversi binjiet residenzjali nħarqu wara l-attakk li sar nhar il-Ġimgħa filgħaxija.

Matul il-lejl, is-sireni tal-ajru nstemgħu f’diversi reġjuni Ukreni oħra, inkluż il-kapitali Kyiv.

Sadanittant, il-ministeru tad-difiża Russu qal li tliet drones Ukreni ġew interċettati jew sparati fuq ir-reġjun tal-Punent ta’ Belgorod.