EXILES WELBEE’S……………. 5
MARSAXLOKK MFF………… 3
(0-1), (3-1), (1-1), (1-0)
Exiles Welbee’s komplew jikkonsolidaw posthom fil-quċċata tal-Ewwel Diviżjoni hekk kif baqgħu b’punti massimi wara seba’ logħbiet. Huma għelbu lil Marsaxlokk MFF 5-3 f’logħba li rkupraw wara bidu kajman.
Marsaxlokk rebħu l-ewwel sessjoni b’gowl uniku ta’ Benji Lewis u rduppjaw fit-tieni sessjoni b’gowl ta’ Andrè Aquilina. Exiles irnexxielhom jirkupraw sa tmiem is-sessjoni u dawru r-riżultat għal 3-2 favurihom.
Il-logħba baqgħet qrib anki għaliex wara li Matteo Martellacci għamilhom 4-2 lejn tmiem it-tielet sessjoni, Zak Cutajar Licari wieġeb immedjatament. Mark Fenech għamilhom 5-3 fil-bidu tal-aħħar sessjoni u għalkemm iż-żewġ timijiet fallew anki okkażjonijiet ta’ superjorità numerika, ir-riżultat baqa’ ma nbidilx.
Exiles: A. Borg Cole, T. Agius, Z. Micallef, D. Pace Lupi (1), M. Martellacci (1), G. Gatt, M. Fenech (3), K. Griscti, L. Hyzler, K. Tanti, K. Navarro, M. Paris Roding, L. Falzon, M. Naudi
Marsaxlokk: M. Farrugia, M. Lanzon, A. Buhagiar, A. Aquilina (1), K. Dowling, L. Montebello Brownrigg, R. Spiteri, J. Pawley, B. Lewis (1), J. Cauchi, Z. Cutajar Licari (1), M. Brimmer
Referees: Alex de Raffaele, Neville Mercieca
TA’ XBIEX AMIGOS…………. 9
OTTERS NIVEA……………… 14
(4-2), (2-4), (3-5), (0-3)
Rebħa importanti għal Otters Nivea f’logħba li r-riżultat finali ma jindikax l-andament tal-logħba. Otters għamluha diffiċli għalihom hekk kif kellhom jirkupraw minn żvantaġġ ta’ tliet gowls. Huma rnexxielhom jagħmlu l-iskor 4-4 fit-tieni sessjoni sakemm doppjetta ta’ Jan Culic ħalliet lil Ta’ Xbiex fil-vantaġġ. Madankollu Otters reġgħu rkupraw sa tmiem it-tieni sessjoni.
Huma marru minn fuq għall-ewwel darba fit-tielet sessjoni għalkemm fi tliet okkażjonijiet Ta’ Xbiex ġabu d-draw. Il-gowls ta’ Philip Tabone u Matthew Farrugia taw vantaġġ doppju lil Otters għall-ewwel darba. Il-logħba kienet għadha miftuħa għal kull riżultat iżda Otters aċċertaw mir-rebħa fit-tieni parti tal-aħħar sessjoni bi tliet gowls oħra.
Ta’ Xbiex: T. Schembri, J. Farrugia, A. Camenzuli (1), L. Grech Carr (1), A. Formosa, C. Busuttil, F. Scardino (1), J. Zammit, N. Bonavia (2), J. Culic (4), Z. Bartolo, T.J. Mifsud, A. Teuma, S. van Wyk
Otters: Z. Dzanovic, M. Bonnici, M. Soler, K. Micallef (2), M. Meli (2), D. Dimech, C.J. Saliba, N. Rizzo, T. Camilleri (1), V. Figliomeni (1), M. Farrugia (1), P. Tabone (3), D. Vella, S. Cutajar (4)
Referees: Juana Cauchi, Stefan Licari
MARSASKALA OPTIMA…… 14
BARRACUDAS…………………… 9
(2-1), (4-3), (4-1), (4-4)
Marsaskala Optima Projects irritornaw għar-rebħ meta meritatament għelbu lil Barracudas u jinsabu b’ċans għat-tieni post jekk jirkupraw il-logħbiet li għandhom nieqsa. Wara li Marsaskala rebħu l-ewwel sessjoni 2-1, doppjetta ta’ Jamie Pace Mizzi fil-bidu tat-tieni sessjoni, kabbret il-vantaġġ għal tliet gowls. Barracudas wettqu reazzjoni u naqqsu d-distakk għal 6-5 fl-ewwel mumenti tat-tielet sessjoni.
Hawn Marsaskala għarfu l-mument li jtejbu l-prestazzjoni u għamlu ċert mir-rebħa b’erba’ gowls konsekuttivi li waslu minn doppjetta ta’ Kieran Grech u gowls ta’ Dean Ciantar u Jake Simpson. Minkejja d-distakk, Barracudas baqgħu jippruvaw iżda Marsaskala kkontrollaw il-logħba sat-tmiem.
Marsaskala: A. Muscat, D. Ciantar (5), J. Pace Mizzi (2), J. Simpson (1), R. Greco (1), M. Agius, C. Harrison, K. Grech (3), G. Sammut (2), E. Bilgrin, J. Colombo, L. Gatt, N. Spiteri
Barracudas: A. Micallef, C. Bugeja, A. Magri (3), P. Micallef, W. Ruggier (2), L. Schiavone, A. Falzon, J. Schembri Young (2), S. Apap, G. Massa (1), L. Pursehouse, M. Abdilla, C. Borg, L. Bowman (1)
Referees: Luke Galea, Neville Mercieca
Kif Jinsabu
L-Ewwel Diviżjoni
L | R | D | T | F | K | Pti | |
Exiles | 7 | 7 | 0 | 0 | 81 | 42 | 21 |
Marsaxlokk | 7 | 3 | 1 | 3 | 60 | 62 | 11 |
Otters | 6 | 3 | 2 | 1 | 59 | 46 | 11 |
Ta’ Xbiex | 6 | 2 | 1 | 3 | 53 | 60 | 8 |
Marsaskala | 5 | 2 | 0 | 3 | 55 | 55 | 6 |
Barracudas | 7 | 0 | 0 | 7 | 57 | 100 | 0 |