Sport

Ħamrun Ħanin nieda l-proġett Goal for Literacy

Ħamrun Ħanin nieda l-proġett Goal for Literacy b’ kollaborazzjoni mal-Youth Football Association u l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu biex jinkoraġġixxi l-qari fost it-talenti sportivi żgħażagħ .

Din l-inizjattiva se tnhiedi tqassim ta’ libreriji żgħar u kotba bil-lingwa Maltija u Ingliża lin-nurseries tal-futbol f’ Malta u Għawdex, biex jħeġġu plejers żgħażagħ u lill-familji tagħhom  biex jieħdu sehem fil-qari waqt li jkunu fin- nurseries u akkademji tal-futbol.

Filwaqt li l-libreriji nkisbu minn fondi miksuba permezz tal-Community Development and Innovation Scheme, amministrata mis-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni, il-kotba ġew ipprovduti mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu.

Proġett innovattiv se jibda b’fażi pilota f’għaxar nurseries tal-futbol qabel ma jkun estiż għan-nurseries kollha interessati kif spjega Ian Debattista, Chairman ta’ Ħamrun Ħanin fejn  enfasizza l-impenn tal-klabb li juża l-futbol bħala pjattaforma għal impatt soċjali pożittiv.

Għat-tnehdija preżenti wkoll Joseph Cassar, Viċi President tal-Youth FA; li tenna li f’dawn l-aħħar erba’ snin intensifikat l-element ta’ responsabbiltà soċjali korporattiva bil-ħolqien tal-kampanja ‘Live it with Love’ ibbażata fuq il-filosofija ta’ Fr Hilary lejn il-futbol u l-isport inġenerali.

L-attività kienet indirizzata mill-Prof. Charles L. Mifsud  u minn David Muscat, Chairman u Kap Eżekuttiv rispettivament tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu kif ukoll mill-eks plejer tal-futbol Malti Carmel Busuttil, li  huwa Grassroots Head coach fl-Iskola ta’ Eċċellenza tal-Hamrun Spartans Football Club u huwa wkoll Mexxej tal-Programm tal-Futbolers Read and Write u ambaxxatur tal-qari.