Mijiet ta’ persuni pprotestaw f’Istanbul is-Sibt filgħodu kontra l-arrest tas-Sindku Ekrem Imamoglu, l-opponent prinċipali tal-President Tayyip Erdogan.
Imamoglu kien arrestat il-ġimgħa li għaddiet.
Dawn il-protesti kienu pjuttost pjaċifiċi, iżda kważi 2,000 persuna ġew arrestati.
Din hi waħda mill-għadd ta’ protesti li qed isiru ta’ kuljum fit-Turkija, kif ukoll madwar id-dinja.
Il-gvern qed ikompli jinsisti li hu m’għandu l-ebda influwenza fuq il-ġudikatura, u li l-qrati huma independenti.
//= $special ?>