Iktar minn 1,600 persuna tilfu ħajjithom u iżjed minn 3,400 persuna qed isofru minn xi ġrieħi wara li terremot b’qawwa ta’ 7.7 fuq l-iskala richter laqgħat lil Myanmar. L-akbar ammont ta’ vittmi jkun fl-epiċentru f’Mandalay, it-tieni l-akbar belt f’Myanmar.

B’risposta għal dan it-terremot, il-militari ta’ Myanmar fetħu sptar temporanju fl-ajruport ta’ Mandalay hekk kif bħalissa t-titjiriet kollha ġew ikkanċellati kawża ta’ ħsara fir-runways.
Miljuni f’Myanmar ukoll qed jesperjenzaw qtugħ ta’ dawl estensiv, b’Mandalay u Yangon jesperjenzaw ukoll qtugħ fil-linji tat-telephones.
F’Bangkok fit-Tajlandja, għaddejjin operazzjonijiet delikati biex jinstabu madwar 100 ħaddiem tal-kostruzzjoni wara li waqa bini ogħli, bil-Gvern lokali jikkonferma li sitt ħaddiema tilfu ħajjithom. 11-il persuna tilfu ħajjithom kawża tat-terremot, b’8 minnhom tilfu ħajjithom meta waqa’ l-bini.

Għadd ta’ pajjiżi mal-ewwel offrew l-għajnuna tagħhom, b’ New Zealand joffru iżjed minn miljun ewo f’għajnuna, kif ukoll iċ-Ċina, l-Indja u r-Russja pprovdew għajnuna umanitarja u speċjalisti.
Iżda, minkejja l-effetti devastanti ta’ dan it-terremot, il-kunsill militari xorta komplew bl-attakki tagħhom bid-drones, inkluż fir-reġjun ta’ Sagaing li diġa’ esperjenza ħsarat estensivi kawża tat-terremot.
//= $special ?>