Lokali

Is-CEO tal-BOV jiddiskuti r-riżultati finanzjarji għas-sena 2024

Il-Ġimgħa fuq il-programm Flusek il-Kap Eżukattiv tal-Bank of Valetta, Kenneth Farrugia ddiskuta r-riżultati finanzjari għas-sena 2024.

Nhar l-Erbgħa 26 ta’ Marzu l-bord tad-Diretturi approvaw ir-riżultati finanzjarji għas-sena li tagħlaq fil-31 ta’ Diċembru 2024. Il-BOV ħabbar profit qabel it-taxxa ta’ 302 miljun euro għas-sena 2024 komparat ma’ 251 miljun ewro għas-sena 2023.

Il-muturi prinċipali għal dawn ir-riżultati jiġu minn żewġ areas, li huma l-kamp tas-self u t-tħaddim tal-likwiditá. Fil-kamp tas-self kien hemm tkabbir  ta’ l’ fuq minn 7% li fih jinkludi self personali – li dan jinqasam fi tnejn; f’personal loans u s-self għax-xiri tad-djar. Huwa evidenti li d-domanda biex in-nies jissellfu sabiex jixtru dar għadha b’saħħitha ħafna f’pajjiżna. Fl-area l-oħra, dik ta’ dħul mit-tħaddim tal-likwiditá, l-bank kien attiv ħafna u allura ġġenera dħul.

Kienet sena pożittiva li mal-50 sena anniversarju tal-bank ġew irreġistrati rekords fejn jidħlu profitti.

Jidher ukoll li r-rati tal-interessi qedin jerġgħu jaqbdu t-triq l-isfel u l-home loans illum huma l-aktar baxxi li qatt kienu.

L-ispejjeż tal-bank żdiedu b’2.8% meta mqabbla mal-2023 imma jfisser li ż-żieda kienet anqas mir-rata tal-inflazjoni. Bħal kull negozju il-bank huwa negozju wkoll u meta nħarsu lejn l-ispejjeż għandek dawk rikorrenti bħalma huma l-pagi, imma għandek ukoll spejjeż aktar strateġiġi bħalma huma l-investimenti fuq il-mobile u l-internet banking li qed isiru bħalissa sabiex ikun hemm servizz dejjem aħjar għall-konsumatur.

Bħala opportuntatjiet li hawn f’pajjiżna tenna Farrugia għandna t-tkabbir fil-kamp tal-penzjoni fejn il-Maltin qed jinvestu ħafna f’dan il-qasam, bit-tax benefits jinsabu attraenti ħafna.