Futbol Sport

Juventus jiksbu rebħa fid-debutt ta’ Igor Tudor

(Ritratt: EPA)

Juventus kisbur rebħa minima ta’ 1-0 fuq Cagliari fid-debutt ta’ Igor Tudor bħala kowċ tat-tim. Il-gowl deċiżiv wasal fil-25 minuta minn Kenan Yildiz.

Bl-istess skor ukoll, Roma għelbu lil Lecce 1-0. Il-gowl li wassal għal tliet punti importanti għal Roma wasal fit-80 minuta mis-solitu Artem Dvbyk.

F’partita oħra, Bologna għelbu lil Venezia wkoll bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl deċiżiv wasal fid-49 minuta permezz ta’ Riccardo Orsolini.

Como u Empoli temmew fi draw ta’ 1-1. Anastasios Douvikas poġġa lil Como fil-vantaġġ wara 61 minuta. Christian Kouame ġab l-iskor indaqs fis-75 minuta. Empoli sfaw jilagħbu bi plejer anqas lejn it-tmiem meta tkeċċa Jacopo Fazzini.