Sport

Lija Athletics u Swieqi United fil-finali tal-Enemed Women’s Futsal League

Ritratt: ANDRE FARRUGIA

Se jkunu Lija Athletics u Swieqi United LEC07 li se jikkontestaw il-finali tal-Enemed Women’s Futsal League meta rebħu s-semifinali rispettiva tagħhom fuq żewġ legs.

Lija ikkonfermaw il-kwalifikazzjoni tagħhom wara li għelbu lil Mtarfa 8-1.

Jasmine Vella Turner skorjat tliet gowls, Leanne Micallef kienet awtriċi ta’ doppjetta personali filwaqt li Ruth Steer Cheetham, Juciela Vale u Nell Zarb Cousin żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom.
Janice Pace skorjat l-uniku gowl għal Mtarfa.

Mill-banda l-oħra, Swieqi United LEC07 għelbu lil Zero Sei 5-3.

Janice Spiteri skorjat żewġ gowls filwaqt li Audrey Chetcuti, Amy Abdilla u Isabelle Rodrigues żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom li għaddew b’aggregate ta’ 5-3.

Rocio Robles skorjat doppjetta flimkien ma’ gowl ieħor ta’ Rebecca Zammit.
Referees kienu Clinton Cassar u Danilo Francalanza.

Il-finali tal-Enemed Women’s Futsal League se tintlagħab fl-aħjar minn tliet logħbiet skedati fid-9, 16 u 23 ta’ April fil-Padiljun ta’ De La Salle, fil-Birgu.