Futbol Sport

Nottingham Forest u Crystal Palace għal Wembley

Ikompli wkoll l-istaġun memorabbli għal Nottingham Forest hekk kif kisbu post fis-semifinali wara li għelbu lil Brighton wara l-għoti tal-penalties 4-3. Bil-partita tintemm mingħajr gowls sal-120 minuta, kien it-tim ta’ Nuno Spirito Santo li ħareġ rebbieħ 4-3. Għal Forest falla l-penalty Neco Williams filwaqt li għal Brighton kienu Jack Hinshelwood u Diego Gomez li fallew l-penalty tagħhom.

Crystal Palace kisbu post f’Wembley Stadium fis-semifinali tal-FA Cup meta għelbu lil Fulham 3-0. Eberchi Eze b’xutt minn barra l-kaxxa poġġa lil Palace fil-vantaġġ fl-34 minuta. Ismaila Sarr għamel l-iskor 2-0 erba’ minuti wara. Is-sostitut Eddie Nketiah kwarta mit-tmiem għalaq il-partita bit-tielet gowl.