SAN ĠILJAN JP PROJECTS….. 12
VALLETTA IZIBET…………………… 9
(2-0), (4-4), (2-3), (4-2)
Rebħa prezzjuża għal San Ġiljan JP Projects li biha baqgħu jissieltu għall-ewwel post. Dwell f’logħba missielta kontra Valletta Izibet li ċedew biss fl-aħħar parti tal-logħba f’mument. San Ġiljan qatt ma kienu fi żvantaġġ tul il-logħba u dan il-fattur kien determinanti għaliex Valletta kellhom jiġru wara r-riżultat.
L-ewwel nofs tal-logħba kienet karatterizzata minn botta u risposta b’ħames sensiliet ta’ żewġ gowls konsekuttivi għal kull tim. Valletta ġabu d-draw darbtejn fit-tieni sessjoni sakemm Jake Bonavia u Nico Schiavone żammew lil San Ġiljan 6-4 minn fuq.
F’żewġ okkażjonijiet, Valletta rnexxielhom iġibu d-draw. L-ewwel kien Mark Carani fit-tielet sessjoni u f’nofs l-aħħar sessjoni, Matthew Mifsud wieġeb għall-gowl ta’ Nikolai Zammit. Valletta saħansitra kellhom okkażjoni biex imorru fil-vantaġġ għall-ewwel darba iżda l-penalty ta’ Zammit u l-gowl ta’ Bonavia ftit wara witta t-triq biex San Ġiljan kellhom l-aħħar żewġ minuti u nofs trankwilli.
San Ġiljan: M. Bonello DuPuis, D. Bugeja, D. Tully, G. Bonavia, R. Caruana, M. Zammit (1), J. Bonavia (4), B. Plumpton, J. Abela (1), N. Zammit (4), D. Zammit (1), N. Schiavone (1), M. Xerri, L. Dimech
Valletta: A. Bugeja, M. Mifsud (3), M. Carani (1), J. Sciberras, S. Busuttil, M. Zammit, I. Nagaev (4), K. Borg (1), K. Erdogan, M. Chircop, K. Cremona, G. Borg
Referees: Alex de Raffaele, Francesco Romolini
NEPTUNES BEST GYMS……… 13
SIRENS BUILD FITNESS……… 11
(5-3), (2-2), (3-4), (3-2)
Neptunes Best Gyms Malta wieġbu għar-rebħa ta’ San Ġiljan aktar qabel. Huma wkoll kellhom jitħabtu biex għelbu lil Sirens Build Fitness 13-11 b’wirja pożittiva fejn f’mumenti kellhom juru reżistenza għall-pressjoni tal-avversarji.
Neptunes ħadu l-kontroll il-bidu tal-logħba u meritatament kellhom vantaġġ ta’ 3-1 u 5-2 fl-ewwel sessjoni. Sirens bdew deħlin ftit ftit fil-logħba u baqgħu qrib l-avversarji. Permezz ta’ Jake Cachia u Mattias Ortoleva, kienu naqqsu d-distakk għal gowl fit-tieni sessjoni iżda Neptunes wieġbu fiż-żewġ okkażjonijiet.
Gowls immedjati fil-bidu tat-tielet sessjoni minn Matthew Sciberras u Gianni Farrugia qatgħu d-distakk għal 8-7. Bejn bravura ta’ Neptunes u okkażjonijiet mitlufa minn Sirens, Neptunes żammew gowl vantaġġ lejn il-bidu tal-aħħar sessjoni. Żewġ gowls tal-aħwa Stevie u Jordan Camilleri kabbru l-vantaġġ għal 12-9 u għamluha diffiċli għal Sirens biex isalvaw xi ħaġa mil-logħba.
Neptunes: M. Castillo, E. Mallia (1), S. Gialanze (3), L. Mallia (2), J. Camilleri (1), J. Valletta, S. Camilleri (3), M. Castillo (1), S. Mifsud, J. Bajada, A. Fava, M. Azzopardi (2), P. Ransley, B. Schranz
Sirens: J. Parnis, P. Serracino, A. Dimech, P. Borg, J. Cachia (4), K. Agius, M. Ortoleva (2), I. Riolo (1), J. Zerafa Gregory (1), M. Sciberras (1), Z. Mizzi, G. Farrugia (2), I. Schembri, G. Pace
Referees: Ronnie Spiteri, Marco Piano
SLIEMA FRANK SALT………. 14
BIRŻEBBUĠA ASC……………. 6
(5-1), (5-1), (3-2), (1-2)
Sliema Frank Salt fetħu tamiet ġodda li jistgħu jirbħu l-Kampjonat tax-Xitwa meta kif mistenni għelbu lil Birżebbuġa 14-6. Għal din il-logħba, Sliema ma kinux bl-aqwa formazzjoni hekk kif kienu mingħajr il-gowlkiper Benji Busuttil, Liam Galea u Jamie Gambin, b’żgħażagħ bħal Jack Abela Meli, Giosue Spiteri, Hayden Brincat Pellicano u Sam Camilleri Bowman għamlu d-debutt mat-tim ewlieni.
Ironikament kienu Birżebbuġa li fetħu l-iskor b’gowl ta’ Marco Mannino. Sliema wieġbu u fit-tieni parti tal-ewwel sessjoni skorjaw ħames gowls minn ħames plejers differenti. Is-sensiela ta’ gowls konsekuttivi għal Sliema telgħu għal tmienja sakemm reġa’ kien Mannino li naqqas id-distakk għal 8-2.
B’Sliema jibdew it-tielet sessjoni 10-2, il-logħba ħadet żvolta aktar f’partita ta’ ħbiberija. Bir-rotazzjoni fit-tim Slimiż aktar frekwenti u bl-inklużjoni ta’ diversi żgħażagħ, Birżebbuġa setgħu jaqsmu l-logħob mal-avversarji. Sliema rebħu t-tielet sessjoni b’gowl sabiħ u preċiż ta’ Elijah Schembri. Konsolazzjoni għal Birżebbuġa fl-aħħar sessjoni hekk kif rebħu l-aħħar sessjoni.
Sliema: N. Grixti, E. Schembri (4), J. Abela Meli, G. Spiteri, J. Cassar (1), B. Cachia (2), H. Brincat Pellicano, D. Rizzo, J. Brownrigg (1), A. Galea, J. Chircop (2), D. Zammit (3), S. Camilleri Bowman, S. Engerer (1)
Birżebbuġa: M. Sladden, M. Aquilina, M. Cassar, J. Abdilla, J. Ciantar (1), M. Manara (1), M. Curmi, N. Saliba, D. Farrugia, M. Cutajar (1), M. Mannino (3), N. Bugelli, S. Livori, J. Saliba
Referees: Massimo Angileri, Richard Magri
Kif Jinsabu
Kampjonat Premier
L | R | D | T | F | K | Pti | |
Neptunes | 7 | 4 | 2 | 1 | 82 | 61 | 16 |
San Ġiljan | 7 | 5 | 1 | 1 | 85 | 59 | 16 |
Sliema | 7 | 4 | 1 | 2 | 75 | 53 | 13 |
Sirens | 7 | 3 | 2 | 2 | 61 | 60 | 12 |
Valletta | 7 | 1 | 2 | 4 | 79 | 90 | 6 |
Birżebbuġa | 7 | 0 | 0 | 7 | 46 | 105 | 0 |