Tennis lokali u ESTEBAN HERRAULT SportExtra nr. 21 Għada – fuq NET Television mill-4.10 pm ‘l quddiem jixxandar il-21 programm SPORT EXTRA bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli.
Fl-ewwel parti tal-ewwel programm enfażi dwar it-tennis lokali fejn mistieden huwa l-President tal-Malta Tennis & Padel Federation – MARC GINGELL LITTLEJOHN b’enfażi dwar proġetti u iniżjattivi li l-federazzjoni se twettaq matul l-2025.
Fit-tieni parti tal-programm mistieden għal SPORT EXTRA il-plejer Paralimpiku tat-table tennis ESTEBAN HERRAULT li fl-aħħar edizzjoni tal-Logħob Paralimpiku – Pariġi 2024 rebaħ il-midalja tal-bronż fid-doubles.
SPORT EXTRA għandu lil Antoine Farrugia Lauri bħala responsabbli mill-muntaġġi u filmati minn Ramon Farrugia .
//= $special ?>