Lokali

Adolexxenti jammettu li sawtu żagħżugħ għax omosesswali

Tmien adoloxxenti ammettew li sawtu żagħżugħ ta’ 18-il sena wara li tressqu l-Qorti akkużati li tawh fil-limiti tal-Għadira, il-Mellieħa, biswit it-Torri l-Aħmar…bir-raġuni tkun li l-vittma huwa omossosesswali.

L-inċident seħħ fl-10 ta’ Marzu li għadda, meta l-vittma ġie manipulat b’ħażen biex imur fil-post permezz ta’ dating app, taħt l-idea ħażina li kien sejjer fuq date.

Malli wasal, daruh il-minorenni, u ankè ħadulu l-mobile, fejn sussegwentament telqu bil-karozza tal-linja.

Erbgħa mill-akkużati huma Maltin, fejn tlieta minnhom kien subien ta’ 17, 16 u 15-il sena flimkien ma’ tfajla ta’ 16-il sena.

Ma’ dawn hemm ukoll akkużati Ungeriż ta’ 17-il sena, Filipin ta’ 16-il sena, żagħżugħ ta’ 16-il sena minn Tajikistan u Maċedonjan ta’ 15-il sena.

L-akkużi jinkludi vjolenza aggravat b’motivi ta’ mibgħeda relatata ma’ orjentazzjoni sesswali, diskriminazzjoni fuq ta’ oriġni.

Il-prosekuzzjoni qalet li ż-żgħażagħ ġew identifikati permezz tal-app ta’ Tal-Linja.

Quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello, ammettaw l-akkużi miġjuba fil-kofront tagħhhom u ngħataw il-ħelsien mill-arrest taħt kundizzjonijiet stretti, fosthom garanzija ta’ €8,000, ordnat ukoll li ma jagħmlux kuntatt mal-vittma., kif ukoll curfew ta’ billejl u l-obbligu li jiffirmaw l-għassa tliet darbiet fil-ġimgħa.