Futbol Sport

Arsenal jaħtru lil Andrea Berta bħala Direttur Sportiv ġdid

Arsenal ħatru lil Andrea Bert bħala Direttur Sportiv ġdid wara li aktar kmieni dan l-istaġun Edu Gaspar irriżenja minn dan l-irwol.

Berta li għandu 53 sena m’huwiex isem ġdid għall-futbol Ewropew hekk kif fl-aħħar staġun kien f’irwol simili ma’ Atletico Madrid fi Spanja. F’kummenti mas-sit ta’ Arsenal, Berta qal li jinsab eċitat sabiex jibda f’din l-esperjenza tiegħu mal-klabb Ingliż hekk kif it-tim għandu storja u valuri simili għal tiegħu.

Qabel ma ssieħeb ma’ Atletico Madrid fl-2013, Berta serva wkoll f’irwol amminstrattiv ma’ Parma u Genoa. Fost l-akkwisti li wettaq ma’ Atletico Madrid, Berta kiseb lil Rodri, Antoine Griezmann u anke lill-goalkeeper Jan Oblak.

Minn naħa l-oħra, wieħd miċ-Chairman’s tal-klabb Josh Kroenke qal li kull minn isegwi l-futbol kulħadd jaf bl-abbiltajiet ta’ Berta u wara proċess ta’ evalwazzjoni l-klabb wasal għall-isem ta’ Andrea Berta.