Sport Sport Ieħor

Aryna Sabalenka tirbaħ l-Open ta’ Miami

(Ritratt: EPA)

It-tennista mill-Belarus Aryna Sabalenka rebħet l-Open ta’ Miami meta għelbet lil Jessica Pegula 7-5 6-2.

B’kollox kien hemm seba’ breaks matul l-ewwel set. Fit-tieni set, Sabalenka rnexxielha tieħu l-kontroll mal-ewwel tas-set fejn irnexxielha tegħleb lil Pegula 6-2.

F’Jannar li għadda, Sabalenka rebħa l-Brisbane International. Hi daħlet għal dan it-tournament wara li tilfet l-aħħar żewġ finali tagħha, dawk fl-Open tal-Awstralja u dawk fl-Indian Wells.