Basketball Sport

Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa – Play-offs – Betsson Depiro jerbħu t-tielet partita u jaslu fil-finali kontra Starlites

(Ritratt: Elton Sant)

Colin Schembri

Betsson Depiro 80

Hibernians 49

(14-8)(19-15)(28-19)(19-7)

Fis-semi-finali deċisiva tal-kampjonat Mapfre MSV Life tan-nisa, Betsson Depiro għelbu lil Hibernians 80-49 biex waslu fil-finali kontra Starlites li tibda fi tmiem il-ġimgħa d-dieħla. Mill-ġdid dominanti l-Amerikana ta’ Depiro Janai Crooms li tikkonferma l-qawwa tagħha b’40 punt u sittax -il rebound u sofriet ukoll 12 -il foul. Iż-żewġ timijiet kellhom persentaġġi baxxi fit-three pointers però waqt li Depiro pattew għalih b’persentaġġ ta’ 46.2 minn ġewwa, Hibs kellhom persentaġġ ta’ 23.1. Il-partita kellha bidu bilanċjat bi trippla fuq kull naħa minn Julia Borg u Andie Saliba biex Hibs marru 6-3 minn fuq. Depiro bdew jirkupraw permezz ta’ Crooms flimkien ma’ Julia Borg Xerri u għamlu run ta’ 8-1 biex temmew l-ewwel sessjoni minn fuq. Hibs bdew it-tieni taqsima bil-punti ta’ Ashiala Jackson però pronta kienet ir-risposta ta’ Depiro permezz ta’ Crooms u trippla ta’ Kristy Galea. Sas-sitt minuta Depiro fetħu vantaġġ ta’ 14 -il punt 27-13 qabel ma Hibs għamlu seba’ punti mingħajr risposta minn Andie Saliba, Marie Buhagiar u trippla ta’ Jackson. Fl-aħħar minuti kien hemm il-free-throws ta’ Crooms u trippla ta’ Julia Borg biex Depiro daħlu jistrieħu 33-23 minn fuq.

Il-ftuħ tat-tielet sessjoni kien bilanċjat biż-żewġ timijiet jirrispondu lil xulxin biex il-vantaġġ ta’ Depiro baqa’ ta’ 12 -il punt 39-27. Wara trippla fuq kull naħa minn Borg u Elena Cassar, Depiro għamlu run ta’ 11-3 biex temmew it-taqsima 61-42 minn fuq. Il-bidu tal-aħħar taqsima kien f’idejn Depiro li għamlu run qawwija ta’ 17-2 b’diversi punti ta’ Crooms biex temmew kull tama tal-Pawlisti li jirkupraw il-partita. Ken fis-sitt minuta li Hibs għamlu reazzjoni b’ħames punti mingħajr risposta però ma kienx fadal ħin u Depiro rebħu l-partita 80-49.

Betsson Depiro: N. Agius, J. Borg Xerri 6, J. Mallia, L. Sciberras 2, No. Agius, C. Ciantar 4, J. Borg 9, M. Micallef, N. Borg 2, K. Galea 13, J. Borg Cardona 4, J. Crooms 40.

Hibs: M. Buhagiar 2, E. Farrugia. E. Cassar 7, A. Saliba 12, J. Abela 3, M. Bonnett 1, S. De Martino 2, K. Calleja, N. Farrugia, A. Jackson 22, K. Caruana, J. Dabic.

Referees: Fiorentina Ciurariu, Nicky Azzopardi, Wendell Lim.