Kenneth Vella
It-tnax -il laqgħa tas-sena li saret il-Ħadd wara nofsinhar fil-Marsa kienet ferm interessanti. Din kienet tikkonsisti minn għaxar tiġrijiet kollha tat-trott. Minn dawn spikkaw l-aktar il-finali tal-kampjonat Phone Refix tal-klassi Silver fuq distanza qasira ta’ 2140 metru u ż-żewġ semifinali mill-kampjonat tat-Tazza l-Kbira għal żwiemel tal-klassi Premier fuq distanza twila ta’ 2640m. Il-finali Silver intebħet mill-Franċiż Gonzales misjuq minn Redent Magro.
Ħdax -il żiemel ħadu sehem fil-finali Silver. Gonzales (Redent Magro) ħa l-kmand mill-ewwel wara li ngħata l-bidu uffiċjali. Dan fetaħ vantaġġ żgħir minn Lee Harvey Bros (Paul Galea) u Mojo Express li kien misjuq mill-professjonali Żvediż Bjorn Goop. 300 metru mit-tmiem, Gonzales kien għadu għaddej b’saħħtu u eventwalment irnexxilu jieħu t-tieni rebħa nfila u f’Malta minn Derby Chevaleraie (Charles Camilleri), Lee Harvey Bros u Miracle Of Heaven (Noel Baldacchino).
Fi tmiem il-finali, Charles Zammit, f’isem l-isponsors, ippremja lis-sinjuri Magro u lil Redent Magro, is-sidien u s-sewwieq taż-żiemel rebbieħ.
Fl-ewwel semifinali Premier, l-Isvediża Isabelle Sisu (Nathaniel Barbara) ħadet ir-raba’ rebħa nfila u f’Malta wara li kienet il-ħin kollu quddiem. Din qasmet il-linja finali l-ewwel bi ftit minn Fuego Du Mortier (Claudio Refalo) u Dats So Cool (Jesmar Gafa’). First Des Charrons (Noel Baldacchino) daħal warajhom f’dik l-ordni.
Galago Du Cadran (Paul Galea) kien kontinwament quddiem matul id-distanza tat-tieni semifinali. Dan akkwista t-tieni rebħa konsekuttiva u f’Malta wara li kkontrolla l-assalt ta’ Velvet Gio (Rodney Gatt), Al Capone Stecca (Carl Caruana) u Extra Du Chatelet (Noel Baldacchino).
Ir-rebbieħa kollha
I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Gamine D’Hawai (R. Gatt) Ħin – 2.43.6” (1.16.4”) 2. First Oaks (B. Camilleri) 3. Attack Photo (D. Baldacchino) 4. Drole De Destin (Sh. Gauci)
II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Ikko Des Racques (I. Bilocca) Ħin – 2.37.8” (1.13.7”) 2. Ideal Pierji (J. Gafa’) 3. Half Tege (P. Spiteri) 4. Oh Ah Kennedy (N. Baldacchino)
III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Emissoro (R. Schembri) Ħin – 2.44” (1.16.6”) 2. Jaguar Spirit (D. Debono) 3. Express Novo (I. Galea) 4. Cadol De La Noemie (D. Baldacchino)
IV Tiġrija. Heat Kampjonat Bavaria. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Awesome Kronos (N. Baldacchino) Ħin – 3.18.9” (1.15.3”) 2. Floralyse D’Authou (P. Galea) 3. Ecuador (R. Magro) 4. Iwan Boko (D. Baldacchino) 5. Serious Sam (C. Gauci)
V Tiġrija. Heat Kampjonat Bavaria. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Vincent As (O. Briffa) Ħin – 3.17.5” (1.14.8” 2. Dynamit Life (K. Galea) 3. Panamera (P. Galea) 4. Eldo Des Landiers (R. Magro) 5. Defi Orageux (R. Gatt)
VI Tiġrija. Heat Kampjonat Bavaria. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Caucasien (N. Baldacchino) Ħin – 3.21.5” (1.16.3”) 2. Etna Du Lupin (R. Gatt) 3. Funny Boy (M. Debono) 4. Exotic Jet (J. Gafa’) 5. Diza Du Courtille (I. Stivala)
VII Tiġrija. Finali Kampjonat Phone Refix. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Gonzales (R. Magro) Ħin – 2.41.1” (1.15.3”) 2. Derby Chevaleraie (Ch. Camilleri) 3. Lee Harvey Bros (P. Galea) 4. Miracle Of Heaven (N. Baldacchino)
VIII Tiġrija. Semi Finali BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Isabelle Sisu (N. Barbara) Ħin – 3.17.1” (1.14.7”) 2. Fuego Du Mortier (C. Refalo) 3. Dats So Cool (J. Gafa’) 4. First Des Charrons (N. Baldacchino)
IX Tiġrija. Semi Finali BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Galago Du Cadran (P. Galea) Ħin – 3.15.9” (1.14.2”) 2. Velvet Gio (R. Gatt) 3. Al Capone Stecca (C. Caruana) 4. Extra Du Chatelet (N. Baldacchino)
X Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Fighter Newmen (R. Gatt) Ħin – 2.42.1” (1.15.7”) 2. Professor (J. Vassallo) 3. Bicetre (C. Calleja) 4. Durfan (J.C. Pace)
//= $special ?>