“Il-politikant irid ikun sod”.
Kien dan l-appell tal-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono, f’intervista li saritila mit-Times of Malta, fejn appellat għal aktar liġijiet b’saħħithom fejn jidhħol il-finanzjament tal-partiti politiċi.
Dan bil-għan sabiex jonqos il-klijenteliżmu f’pajjiżna, u tonqos ukoll ir-relazzjoni tal-politiċi mal-flus.
Bil-President ta’ Malta tappella sabiex il-poplu jrawwem l-imħabba lejn il-pajjiż Malti, fost il-ġenerazzjonijiet żgħar.
Fl-intervista, l-Eċċellenza tagħha spjegat li l-individualiżmu kiber…iżda minkejja d-diffikultajiet kollha temmen waħda li bħala poplu miexjin ‘l quddiem.
Intant, hija spjegat ukoll illi l-Istrina għadha għaddejja bl-għajnuna tagħha ma’ dawk li l-aktar hemm bżonn, iżda, bħalissa għaddejjin id-diskussjonijiet sabiex il-Gvern jerfa’ parti mir-responsabbiltà finanzjarja – biex b’hekk jibda’ jittaffa ftit mill-piż fuq l-Istrina.
Bil-President ta’ Malta tispjea wkoll li qed jitfassal pjan sabiex il-Kitchen Garden terġa’ tieħu l-ħajja, bix-xogħolijiet jibdew anke fil-ġonna ta’ San Anton.
//= $special ?>