“L-ekonomija hija l-mutur tal-pajjiż, iżda din għandha bżonn viżjoni għaliex ma tiġix waħedha”.
Stqarr dan Noel Muscat, kandidat għall-Elezzjoni Ġenerali li jmiss f’isem il-Partit Nazzjonalista, waqt attività politika fil-Kalkara, fejn spjega illi Gvernijiet Nazzjonalista dejjem ħadu ħsieb l-ekonomija Maltija matul is-snin.
B’Noel Muscat jistqarr li b’dawn id-deċiżjonijiet ekonomiċi għaqlin, il-poplu Malti u Għawdxi għadu qed igawdi, fosthom fis-setturi tal-gaming, is-servizzi marittimi u anke l-avjazzjoni.
Fid-diskors li wassal huwa elenka l-fatt illi li kieku l-finanzi tal-pajjiż huma fis-sod, kif jistqarr Gvern Laburista, kieku pajjiżna ma għandux biljun ta’ ewro f’dejn. B’Muscat jispjega li Gvern Laburista jisparpalja l-flus, fosthom fuq il-vapur Nikolaos…vapur li l-Gvern iħallas l-eluf ta’ ewro kuljum għalih mit-taxxi tiegħu.
Huwa tenna wkoll, li huwa impossibbli li l-pajjiż ikollu finanzi sodi, meta Gvern jidħol f’deal frawdolenti.
Fejn spjega li fid-dawl ta’ dan kollu huwa Gvern Nazzjonalista li jista’ jistabbilizza lill-pajjiż, għalhekk appella sabiex dawk kollha ta’ rieda tajba jingħaqdu mal-Partit Nazzjonalista biex b’hekk il-pajjiż jimxi fid-direzzjoni t-tajba.
//= $special ?>