Ir-rebbieħ tal-festival tal-mużika Maltija, Mużika Mużika, ta’ din is-sena huwa Jamie Cardona bil-kanzunetta Stajna Konna Aħna.
Jamie Cardona ta’ prestazzjoni li biha deher biċ-ċar kif seraq il-qlub ta’ ħafna, dan hekk kif fost il-voti tal-ġurija, iż-żagħżugħ minn Birżebbuġa rebaħ fil-voti tal-pubbliku.
Bosta jafuh għall-karattru ferrieħi u anke għall-istil komiku tiegħu.
Il-kanzunetta rebbieħa ‘Stajna konna aħna’, interpretata minn Jamie Cardona, bil-lirika ta’ Jamie stess u Aleandro Spiteri Monsigneur u Shaun Farrugia – b’mużika, mill-ġdid, ta’ Jamie Cardona, Aleandro Spiteri Monsigneur u Shaun Farrugia
Intant fit-tieni post, il-kanzunetta ‘Tiegħek Jien’ – interpretata minn Brooke, b’lirika ta’ Emil Calleja Bayliss, u b’mużika ta’ Cyprian Cassar u Brooke Borg
Fit-tielet post, il-kanzunetta Perfett – interpretata minn Pamela Bezzina, b’lirika ta’ Pamela Bezzina, u b’mużika ta’ Pamela Bezzina
Dan apparti li Lisa Gauci, bil-kanzunetta AĦJAR, b’ lirika ta’ Emil Calleja Bayliss, u b’mużika ta’ Philip Vella, ħadet l-aħjar Interpretazzjoni. L-Aħjar Arranġament, min naħa l-oħra, intrebaħ minn Ryan Paul Abela b’arranġament ta’ Aħjar.
//= $special ?>