Rapporti qed jindikaw li numru ta’ kumpaniji lokali – b’mod konġunt – ippreżentaw offerta sabiex jieħdu taħt idejhom il-bank HSBC f’pajjiżna.
Skont sorsi li tkellmu mat-Times of Malta, jidher illi 12-il kumpanija, li jinkludu lil Azzopardi Group, Gasan Group, Virtu Holdings, u l-Kap Eżekuttiv tal-Lombard Bank Joe Said, xeħtu offerta flimkien sabiex jieħdu taħt idejhom il-bank HSBC.
Meta Azzopardi Group u Gasan Group, kienu kkuntatjati mit-Times, dawn irrifjutaw li jikkumentaw dwar l-offerta, b’kelliema għal dawn il-kumpaniji jappellaw sabiex ma jsirux spekulazzjonijiet…filwaqt li l-kumpanija Virtu Ferries stqarret li mhux magħrfa dwar l-involviment tal-kumpanija f’din l-offerta.
L-offerta possibbli ta’ dan il-grupp ta’ kumpaniji mistennija tkun l-ewwel tax-xorta tagħha, hekk kif tinkludi numru ta’ investituri privati u mhux bankijiet stabbiliti.
Bit-Times tispjega illi skont sorsi mill-industrija, jidher li l-Bank Ċentrali Ewropew – li jrid jiffirma id-deal tal-bejgħ tal-bank HSBC – kapaċi jesprimi dubji dwar it-trasferiment ta’ banke lil investituri privati.
Lura f’Settembru tal-2024, il-bank HSBC Malta kien iddikjara li se jkun qed jitlaq minn pajjiżna, bl-APS juri l-interess li jieħu taħt idejh dan il-bank. Dan apparti li intwera interess anke mill-bank Ungeriż OTP.
//= $special ?>