Internazzjonali

Kriżi umanitarja fi Myanmar wara t-terremot ta’ din il-ġimgħa

In-Nazzjonijiet Uniti qed iwissu dwar nuqqas kbir ta’ mediċini fiz-zoni milquta mit-terremot fi Myanmar – terremot qawwi li ħalla aktar minn 1,600 vittma.

L-awtoritajiet fi Myanmar għadhom qed ifittxu taħt it-tifrik għal diversi persuni li inqabdu.

Fost l-oħrajn, għaddejja ħidma f’child care centre fejn kien hemm numru ta’ tfal waqt il-ħin tat-terremot.

Ic-Cina u l-Indja diġa’ bagħtu għajnuniet biex tissaħħaħ il-ħidma ta’ tiftix fiz-zoni milquta.

Il-ġunta li tmexxi l-pajjiż qed toħroġ ftit li xejn informazzjoni dwar is-sitwazzjoni preżenti fi Myanmar.

Intant, fit-Tajlandja biss, il-fatalitajiet kienu sbatax. Dan filwaqt li 83 persuna għadhom ma nstabux.