Manchester City irnexxielhom jikkwalifikaw għas-semifinali tal-FA Cup għas-seba’ sena konsekuttiva wara li għelbu lil Bournemouth 2-1. Man City b’ċans li jmorru fil-vantaġġ wara kwarta logħob iżda Erling Haaland ra l-penalty tiegħu salvat minn Kepa. Bournemouth marru fil-vantaġġ fil-21 minuta permezz ta’ Evanilson. Manchester City ġabu l-iskor indaqs fid-49 minuta permezz ta’ Haaland. City aċċertaw minn post f’Wembley Stadium fit-63 minuta b’gowl minn Omar Marmoush.
Aston Villa għelbu lil Preston North End 3-0 u wkoll għamluha għal Wembley Stadium. Marcus Rashford poġġa lil Villa fil-vantaġġ b’żewġ gowls wara l-mistrieħ b’wieħed mill-gowls ikun permezz ta’ penalty. Jacob Ramsey skorja l-gowl li għalaq il-partita fil-71 mintua għal skor finali ta’ 3-0.
//= $special ?>