Futbol Sport

Marsaxlokk dominanti fuq Melita, erba’ timijiet jaqsmu l-ewwel post bl-istess ammont ta’ punti

(Ritratt: Catriel Farrugia)

Melita………………0

Marsaxlokk…….5

Melita: G. Mizzi, JP Attard, A. Penha da Costa, A. Borg Olivier, M. van De Font Bovenkamp, D. Xuereb (K. Mohnani 46′), A. Yepez (M. Cachia 74′), G. Barone, K. Bondin, A. Sanchez, S. Perlaza.

Marsaxlokk: M. Calleja Cremona, K. Micallef, J. Ailton, N. Muscat, JC Corbalan (E. Pena Beltre 69′), J. Arias, L. Dessypris, A. De Aguiar (D. Bonnici 78′), L. Aguirre, R. Scicluna (M. Adamec 69′).

Referee: Philip Farrugia

Assistenti Referees: J. Muscat, D. Castillo

Rebħa kbira ta’ 5-0 għal Marsaxlokk fuq Melita biex b’hekk huma wkoll aċċertaw minn post fit-Top Six u qed jaqsmu l-ewwel post flimkien ma’ Birkirkara, Floriana u Mosta li kollha jinsabu bl-istess ammont ta’ punti.

Kien Yuri Messias li poġġa lix-Xlukkajri fil-vantaġġ wara 39 minuta. L-istess Messias irdoppja wara l-mistrieħ propju fit-58 minuta permezz ta’ penalty. Marsaxlokk komplew ikabbru l-iskor bi tliet gowls oħra fl-aħħar sbatax-il minuta, l-ewwel kien Alex De Aguiar Gomes, tliet minuti wara kien Nikolai Muscat mbagħad kien Leandro Aguirre li skorja l-ħames gowl għat-tim ta’ Enzo Potenza.