Ivan Castillo saħaq li l-Partit Nazzjonalista, għal kuntrarju tal-Gvern, jifhem li waħda mill-akbar problemi li għandu l-poplu hija l-pjaga tal-għoli tal-ħajja – pjaga li l-PN anke fil-Parlament indirizza billi ressaq mozzjonijiet sabiex titrażżan din il-kriżi.; fosthom it-tneħħija tat-taxxa fuq il-cola u li jinfetaħ fond sabiex l-importaturi u l-esportaturi jkollhom l-assistenza meħtieġa.
Ix-Shadow Minister saħaq li l-Gvern kabbar il-popolazzjoni bir-riżultat li elimina kull tip ta’ kwalità fil-ħajja tagħna – b’Ivan Castillo jfakkar li llum il-ġurnata, minħabba n-nuqqas ta’ kwalità mhu qed iħossuhom f’pożizzjoni li jistgħu jimirħu f’pajjiżhom stess.
Ivan Castillo saħaq li dan il-Gvern hu supperv u mhux jaċċetta s-soluzzjonijiet tal-problemi li ħoloq hu stess. Tant li qed jibqa’ jinsa’ l-problemi tan-nies għaliex jinsab kompletament maqtugħ mir-realtà tal-poplu.
Hu għalaq billi assigura li Gvern ġdid Nazzjonalista ser jassigura li jinvesti fil-ħiliet tal-ħaddiema Maltin dan apparti investiment meħtieġ f’setturi ġodda sabiex l-ekonomija ta’ pajjiżna tkun tassew ta’ kwalità – ekonomija li trendi filwaqt li l-kwalità fil-ħajja tagħna tkun assigurata.
//= $special ?>