Il-Malta Football Association u l-Malta Premier ħarġu stqarrija kull wieħd b’rabta mal-avvenimenti li seħħew fi tmiem il-partita bejn Żabbar SP u Mosta
L-MFA qalet li se tkun qed tqabbad Spettur tad-Dixxiplina sabiex jinvestigaw l-inċidenti deplorabbli li seħħew fi tmiem il-partita bejn Żabbar SP u Mosta mill-Kampjonat 360 Malta Premier.
B’reazzjoni għal dan l-MPL ukoll ħarġet reazzjoni fejn ikkundannat bla riservi dak li seħħ fi tmiem l-istess partita. L-MPL qalet ukoll li mill-informazzjoni li għandha ma jidhirx li kien hemm partitarji involuti filwaqt li qalet li laqgħet kull investigazzjoni li se tkun qed isir mill-MFA.
//= $special ?>