Il-Prim Ministru Robert Abela insista li t-tibdil fil-liġi b’rabta mal-inkjesti maġisterjali se jibqa’ għaddej biha bħal gaffa minkejja l-appelli tal-professjonisti fil-qasam legali, minkejja l-appelli tal-akkademiċi u għaqdiet, minkejja l-appelli ta’ eks Prim Imħallfin, eks dekani tal-liġi u fuq kollox tal-Partit Nazzjonalista.
Quddiem dawk preżenti biswit il-monument tal-ħelsien il-Ħadd filgħaxija, Robert Abela attakka u rredikola l-għaqdiet tas-soċjetà ċivili; għaqdiet li jgħaqdu funzjoni importanti għall-parteċipazzjoni pubblika f’pajjiżna. Dan hekk kif alluda għall-istess għaqdiet li lura fl-2019 kienu xprun biex ħarġu eluf ta’ nies fit-toroq tal-Belt Valletta; eluf li f’għajta waħda sejħu għar-riżenja tal-Prim Ministru Joseph Muscat – liema riżenja waslet ftit tal-ġimgħat wara, b’Robert Abela jeħodlu postu.
U minħabba dan il-fatt, u kawża oħra wkoll li fl-aħħar xhur Abela u l-ftit ta’ madwaru l-aktar qrib tiegħu ħassew il-polz tal-Laburisti jaħrabilhom reġa’ dar għar-retoriku kerha li jirredikola lil min ikun kritiku tiegħu.
Dan hekk kif insista fuq il-podium fix-Xatt tal-Birgu li “jistgħu isabbtu fuq il-borom kemm iridu”. Ironija assoluta…fejn il-Mexxej Laburista iċċelebra l-Ħelsien, iżda prova jostor il-kritiċi tiegħu.
Qalb diskorsi romantiċi, biex jipprova jolqot lis-soċjalist li fl-aħħar xhur Robert Abela nesa u injora – il-Prim Ministru dar għall-attakki antikwati u partiġjani.
U qalb ftaħir li qed imexxi partit umli, u li l-Labour ġab il-ħelsien veru…f’attakk lill-istorja ta’ Malta Indipendenti….kollox qed jindika li Robert Abela u sħabu se jkunu qed jibqgħu għaddejjin romblu minn fuq kollox u kulħadd – u jinjoraw l-appelli li ġimgħa wara oħra qed isirulhom.
Aktar kmieni, qabel il-Prim Ministru, sar diskors miċ-chairperson ta’ Heritage Malta Mario Cutajar li wassal diskors politiku lill-folla preżenti biswit l-għolja tal-Ħelsien. B’Cutajar jattakka lill-Partit Nazzjonalista u preżenta diskors partiġġjan iffukat biss fuq il-passat.
//= $special ?>