Lokali

Bżonn ta’ viżjoni politika fit-tul – Alex Torpiano

Hemm bżonn li nieħdu deċiżjoni aktar ċara ta’ fejn irridu nieħdu lill-pajjiż.

Hekk sostna Alex Torpiano, Perit u Dekan fl-Università ta’ Malta, waqt il-programm Profili fejn fost oħrajn tkellem dwar il-ħtieġa ta’ villaġġi ġodda.

L-Eks Presidet tal-Kamra tal-Periti tkellem ukoll dwar l-impatt fuq l-ambjent tal-politika bbażżata fuq twaqqigħ ta’ bini antik biex jinbena bini ġdid, u sostna li dan iżid fil-carbon dioxide.

 Bil-perit jistaqsi xi ppjanar sar biex jikkumplimenta iż-żieda fil-popolazzjoni.

Bil-perit Torpiano jipproponi wkoll politika tal-ippjanar li tmur lil hinn mill-użu tal-karozza.

B’ Alex Torpiano jisħaq ukoll li l-politika għandha ssir bi pjan u ħsieb fit-tul u mhux sempliċiment kemm noħorġu miżuri biex nippruvaw nindirizzaw it-traffiku.

Il-President Eżekuttiv tal-Fond Nazzjonali għall-Patrimonju ta’ Malta, Din l-Art Ħelwa, jistqarr kemm tkun isbaħ Malta kieku ninvestu f’iktar siġar.