Novak Djokovic bl-aktar mod sorprendenti tilef il-finali ta’ Miami Open kontra ż-żagħżugħ ta’ 19-il sena Jakub Mensik li rnexxielu jegħleb lill-idolu tiegħu 7-6 7-6.
Mensik kien viċin li jirtira fl-ewwel partita tiegħu hekk kif ħass injury f’irkopptu. Minkejja dan, hu rebaħ l-ewwel round u rnexxielu javvanza sal-finali. Hu għeleb ukoll fost l-oħrajn lis-seed numru 4 Taylor Fritz u lill-Britanniku Jack Draper.
Djokovic kien qed iħares li jirbaħ il-100 titlu tiegħu iżda se jkollu jistenna biex jagħmel dan.
//= $special ?>