Futbol Sport

Faċli għal Ħamrun Spartans fuq Naxxar Lions biex jaċċertaw minn post fit-Top Six

(Ritratt: Joseph Galea)

Ħamrun S……………4

Naxxar L………………0

Ħamrun S.: H. Bonello (Celio 80′), M. Ellul, S. Xerri (K. Scicluna 46′), R. Prsa, E. Freitas, J. Cadenovic, R. Mihana (M. Klepac 20′), Mayron, E. Marcelina (O. Bjelicic 78′), C. Menacho, R. Lopes Silva (G. Vella 78′).

Naxxar L: A. Fenech, N. Micallef (T. Yamaguchi 64′), B. Sane (R. Cassar 64′), N. Pace Cocks, E. Bolanos, H. Coelho (J.P. Farrugia 46′), H. Martins (Mattias Micallef 78′), Maicon, F. Barbosa, J. Vitor (Matthias Fenech 78′), Y. Ito.

Referee: Alex Johnson

Assistenti Referees: D. Spencer, M.L Muscat

Fl-aħħar partita mill-Gozo Weekend, Ħamrun Spartans għelbu lil Naxxar Lions 4-0, biex b’hekk kisbu post mat-Top Six.

B’konsegwenza ta’ dan huma laħqu lil Hibernians fis-sitt post, iżda Ħamrun għandhom riżultati aħjar kontra Hibernians li se jkunu qed jilagħbu fil-Bottom Six.

Ħamrun prattikament għalqu l-partita fl-ewwel 26 minuta. L-ewwel kien awtogowl ta’ Neil Pace Cocks li poġġa lill-Ispartans fil-vantaġġ. Gowl spettakolari ta’ Henry Bonello mil-lasta tiegħu stess għamilhom 2-0 qabel ma’ corner dirett ta’ Roko Prsa fis-26 minuta għamel l-iskor 3-0.

Il-plejers ta’ Ħamrun Spartans jiċċelebraw mal-goalkeeper Henry Bonello li skorja mil-lasta tiegħu stess (Ritratt: Joseph Galea)

L-andament tal-partita baqa’ ma nbidilx u Ħamrun żiedu r-raba’ gowl fis-70 minuta permezz ta’ Raphael Lopes Silva.