Sport Sport Ieħor

Id-dwell bejn it-tlett ibliet tal-Kottonera mistenni jkompli llum fir-Regatta tal-31 ta’ Marzu

Illum fil-Port il-Kbir issir edizzjoni oħra tar-Regatta tal-31 ta’ Marzu. Id-distretti parteċipanti baqgħu tmienja jiġifieri Birgu, Birżebbuġa, Bormla, Isla, Kalkara, Marsa, Marsamxett u Siġġiewi.

Fil-Kategorija Open, id-dwell għandu jerġa’ jkun bejn it-tlett ibliet tal-Kottonera jiġifieri d-distretti tal-Birgu, Bormla u l-Isla. Il-Ġirbin friski mir-rebħ tar-Regatta ta’ Jum il-Vitorja, Bormla rebbieħa tar-Regatta ta’ Marzu sena ilu filwaqt li l-Isla rebħu r-Regatta ta’ Marzu sentejn ilu u fl-aħħar Regatta ta’ Settembru kienu żewġ punti biss bogħod mir-rebħa.

It-taqtigħa f’Kategorija B ukoll mistennija li tkun missielta hekk kif diversi distretti għażlu li jarmaw aktar f’din il-kategorija. Birżebbuġa, il-Kalkara u Marsamxett huma fost dawk li qed jimmiraw aktar għal din ix-Shield.

Fit-tellieqa tan-nisa, interessanti wkoll jekk tkomplix is-serje ta’ rebħiet tal-koppja Shazel Grima u Glynis Mizzi. Madankollu din id-darba ż-żewġ qaddiefa se jkunu qed jaqdfu ma’ Marsamxett

Il-programm baqa’ l-istess bħal tal-aħħar edizzjonijiet. L-ewwel tellieqa tkun dik tan-nisa li tibda fis-1.00pm. Imbagħad isegwu ħames tlielaq kull wieħed fil-Kategorija B u l-Kategorija Open li jalternaw ma’ xulxin. Il-poloz tal-korsiji jitilgħu llum fil-11.00am. Intant fil-jiem li għaddew l-Għaqda Regatta Nazzjonali u Qdif ieħor nedew dehra ġdid għal din l-għaqda fejn fost l-oħrajn ħabbru wkoll logo ġdid.

Il-lista tal-qaddiefa fit-tlielaq kollha

Tellieqa tan-nisa – Frejgatini

Birgu – Chazzelle Hamett, Faith Scerri, (coxwain – Blake Muscat)

Birżebbuġa – Vanessa Brignone, Aaliyah Bonello, (coxwain – Deznick Abela-Wilson)

Bormla – Kiahna Camilleri, Zanishia Pace, (coxwain – Jake Attard)

Senglea – /

Kalkara – /

Marsa – Brooke Stivala, Shazel Gusman, (coxwain – Thais Gatt Borg)

Marsamxett – Shazel Grima, Glynis Mizzi, (coxwain – Dale Scicluna)

Siġġiewi – Brianna Farrugia, Chloe Rapinett, (coxwain – Nina Joy Fava)

L-ewwel tellieqa – Tal-Pass b’żewġ imqadef – Kategorija B

Birgu – Clifford Bugeja, Yann Parsascandalo

Birżebbuġa – Darren Bartolo, Kevin Camilleri

Bormla – Kayden Aquilina, Jean Pierre Debono

Senglea – Clayton Azzopardi, Luke Ciantar

Kalkara – Yosef Calamatta, Neil Aquilina

Marsa – Mark Schembri, Marlon Cutajar

Marsamxett – Emman Joe Borg, Peter Cremona

Siġġiewi – Ryan Lee Zammit, Wayne Cassar

It-tieni tellieqa – Tal-Midalji – Kategorija A

Birgu – Owen Zammit, Antoine Brignone, Wayne Xuereb Piike, Sven Refalo

Birżebbuġa – Kieran Zammit, Mauro Zerafa, Clinton Aquilina, Rushven Gouder

Bormla – Maximilian Mamo, Clive Casha, Clyde Debattista, Romario Brignone

Senglea – Davison Micallef, Glenn Zammit, Russell Bugeja, Andre Gauci

Kalkara – /

Marsa – Dirk Attard, Emerson Farrugia, Cleaven Falzon, Yannick Pace

Marsamxett /

Siġġiewi – Eduardo Saraiva de Oliveira, Joseph Grima, Kevin Attard, Christian Frendo

It-tielet tellieqa – Kajjikki – Kategorija B

Birgu – Lawson Cassar, Jayden Fisher

Birżebbuġa – Jean-Claude Cassar, Joseph Pace

Bormla – Kayden Aquilina, Osion McKinley

Senglea – Yarik Agius, Denilson Long

Kalkara – Shyam Tabone, Kieran Bonnici

Marsa – Ian Carabott, Lydon Pulis

Marsamxett – Deacon Abela Wilson, Shylon Gauci

Siġġiewi – Tiesto Caruana, Leon Vella

Ir-raba’ tellieqa – Frejgatini – Kategorija A

Birgu – Rhys Fiteni, Kieron Zammit, (coxwain – Ellah Azzopardi)

Birżebbuġa –

Bormla – Matthia Calleja, Mel Magro, (coxwain – Thias Bugeja)

Senglea – Clyde Mizzi, Davison Micallef, (coxwain – Davison Micallef Jr)

Kalkara – /

Marsa – Brolin Genovese, Gilmour Zammit

Marsamxett – /

Siġġiewi – Brianna Farrugia, Chloe Rapinett, (coxwain – Nina Joy Fava)

Il-ħames tellieqa – Tal-Midalji – Kategorija B

Birgu – /

Birżebbuġa – Matthew Dalli, Steven Dalli, Kevin Camilleri, Malcolm Vella

Bormla – Mattia Calleja, Nicholas Paris, Dione Damato, Denzel Thornton

Senglea – Glenn Brincat, Axel Degiorgio, Carlos Abela, Janniel Camilleri

Kalkara – Edilson Aquilina, Kohath Mallia, Neil Aquilina, Jonathan Falzon

Marsa – Coultan Buhagiar, Glenn Bonello, Lydon Pulis, Clyde Aquilina

Marsamxett – Jacob Dalli, Kenlsey Ciantar, Peter Cremona, Kurt Ellul

Siġġiewi – Tiesto Caruana, Ryan Lee Zammit, Wayne Cassar, Leon Vella

Is-sitt tellieqa – Dgħajjes tal-Pass – Kategorija A

Birgu – Clyde Cutajar, Clayton Darmanin

Birżebbuġa – /

Bormla – Clive Casha, Dennis Thornton

Senglea – Charvon Gatt, Matthew Micallef

Kalkara – Gilmore Buttigieg, Godwin Buttigieg

Marsa – Juan Farrugia, Cleaven Falzon

Marsamxett – /

Siġġiewi – Joseph Grima, Kevin Attard

Is-seba’ tellieqa – Frejgatini – Kategorija B

Birgu – Lawson Cassar, Dion Caruana, (coxwain – Ellah Azzopardi)

Birżebbuġa – Matthew Dalli, Steven Dalli, (coxwain – Lukas Azzopardi)

Bormla – Shaun Farrugia, Nicholas Paris, (coxwain – Jake Attard)

Senglea – Yarik Agius, Jerome Zammit, (coxwain – Kashia Agius)

Kalkara – Edilson Aquilina, Kohath Mallia, (coxwain – Deshaya Mifsud)

Marsa – Kerstin Brown, Ian Carabott

Marsamxett – Dusty Cassar, Ryan Degiorgio, (coxwain – Zayli Abela)

Siġġiewi – Lawrence Ciantar, Lee Zammit, (coxwain – Irene Busuttil)

It-tmien tellieqa – Kajjikki – Kategorija A

Birgu – Kieron Zammit, Sven Refalo

Birżebbuġa – Kieran Zammit, Kensley Galea

Bormla – Maximilian Mamo, Romario Brignone

Senglea – Davison Micallef, Andre Gauci

Kalkara – Christian Bugeja, Kurt Vassallo

Marsa – Christian Camilleri, Ericsen Lia

Marsamxett – Deacon Abela Wilson, Shylon Gauci

Siġġiewi – Eduardo Saraiva de Oliveira, Christian Frendo

Id-disa’ tellieqa – Tal-Pass b’erba’ mqadef – Kategorija B

Birgu – /

Birżebbuġa – Larry Lagana, Jean-Claude Cassar, Kevin Camilleri, Malcolm Vella

Bormla – Mattia Calleja, Nicholas Paris, Jean Pierre Debono, Denzel Thornton

Senglea – Yarik Agius, Clayton Azzopardi, Luke Ciantar, Denilson Long

Kalkara – Denzel Mifsud, Diego Grima, Mauro Desira, Larson Abela

Marsa – Jonathan Piscopo, Marlon Cutajar, Mark Schembri, Clyde Aquilina

Marsamxett – Shardon Cassar, Dylan Portelli, Loran Zarb, Kurt Ellul

Siġġiewi – Tiesto Caruana, Ryan Lee Zammit, Wayne Cassar, Leon Vella

L-għaxar tellieqa – Tal-Pass b’erba’ mqadef – Kategorija A

Birgu – Antoine Brignone, Clyde Cutajar, Clayton Darmanin, Sven Refalo

Birżebbuġa – Kieran Zammit, Mauro Zerafa, Clinton Aquilina, Rushven Gouder

Bormla – Mel Magro, Clive Casha, Clyde Debattista, Jurgen Camilleri

Senglea – Andre Gauci, Charvon Gatt, Matthew Micallef, Redeemer Rapa

Kalkara – Matteo Loffreda, Gerald Micallef, Paul Zammit, Calvin Reitano

Marsa – Dirk Attard, Redeemer Zammit, Adrian Schembri, Damien Attard

Marsamxett – /

Siġġiewi – Kurt Farrugia, Joseph Grima, Nathan Grech, Eduardo Saraiva de Oliveira