Festi Lokali

Pajjiżna jfakkar il-festa tal-31 ta’ Marzu

It-Tnejn pajjiżna jfakkar il-festa tal-31 ta’ Marzu 1979 – il-ġurnata li fiha l-Ingliżi telqu minn Malta għal kollox hekk kif kien intemm il-kuntratt tal-bażi militari Brittannika.

Iċ-ċerimonja ta’ tifkira issir filgħodu fuq il-monument fil-Birgu – ċelebrazzjoni li tinkludi parata mill-Forzi Armati ta’ Malta, flimkien mal-banda tal-AFM.

Fis-snin sebgħin il-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien Dom Mintoff kien ġedded il-kuntratt mal-Ingliżi mill-1974 sal-1979 biex b’hekk Malta kompliet isservi bħala bażi militari. Iżda imbghad, fil-31 ta’ Marzu tal-1979 telqu minn Malta l-aħħar bastimenti Ingliżi. U b’hekk Malta ma kinitx għadha bażi militari.